Permezz ta’ post fuq il-pjattaforma X, il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li ordna attakk militari mill-ajru fis-Somalia indirizzat lejn il-grupp terroristiku tal-Istat Iżlamiku, l-ISIS.
Skont il-President Amerikan, il-mira prinċipali f’dan l-attakk kien Kap Uffiċjali ogħli tal-istrateġija t’attakk tal-istess grupp terroristiku.
Safrattant, fil-mira ta’ dawn l-attakki kien hemm ukoll l-għerien li fihom kienu joqgħodu t-terroristi tal-ISIS u anke l-affarijiet personali tagħhom.
Il-President Amerikan indika li f’dan l-attakk tilfu ħajjithom diversi terroristiċi filwaqt li ġew salvagwardjati ħajjet iċ-ċittadini.