Kellu jkun goal kmieni fil-partita eżattament wara’ seba’ minuti tal-player tal-logħba, Jork Eblin Becerra Portocarrero, li witta t-triq għal rebħa minima iżda meritata ta’ 1-0 għal Floriana fuq Zabbar SP.
Ghal Floriana bdew mal-ewwel 11 għall-ewwel darba il-player Zachary Scerri fejn ħa post Jake Grech li daħal jilgħab fit-tieni taqsima eżattament fis-67 minuta flok is-sostutut Becerra li ħareġ mill-ground imweġġa’, u Elvis Mashike Sukise.
Dan filwaqt li Carlo Zammit Lonardelli kien sospiż minħabba li rċieva erba’ karti sofor fil-kampjonat, u Dunstan Vella kien nieqes ukoll minħabba li qed jirkupra minn injury.
Huma kellhom ukoll lit-team manager Mano Micallef sospiż hekk kif tkeċċa minn fuq il-bank lejn l-aħħar tal-partita preċedenti kontra Hamrun Sparatns, u segwa l-partita mill-VIP Stand.
Min-naħa l-oħra għal Zabbar, Kristian Keqi u Jurgen Pisani kienu qed jaffrontaw proprju lill-eks tim tagħhom, li magħhom rebħu wkoll il-Kampjonat Premier.
Floriana fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-seba’ minuta meta Franklin Sasere indirizza cross pinġut lejn JORK EBLIN BACERRA PORTOCARRERO li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-wieqfa qabel intemm fix-xibka, biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tal-Greens.
Il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.
Dan sas-37 minuta meta freekick insidjuż ta’ Diogo Joao Tavares għal Zabbar ġie ppanċjat f’sigurtá mill-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi.
Floriana wieġbu fit-43 minuta meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, l-awtur tal-goal Becerra Portocarrero kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.
Mas-siegħa logħob Floriana reġgħu ħolqu l-periklu meta Becerra għadda tajjeb lejn Sasere li min-naħa tiegħu xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Elvis Mashike Sukisa li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri.
L-azzjoni sussegwenti waslet biss fit-83 minuta b’Zabbar ikunu huma li joħolqu l-periklu meta freekick insidjuż tal-captain Brian Ariel Gambarte ġie salvat mingħajr wisq diffikultá diffikultá minn Mafoumbi.
Floriana wieġbu ħames minuti wara meta freekick insidjuż ieħor din id-darba tal-ispeċjalista Jake Grech, ġie salvat tajjeb minn Camilleri.
L-istess Jake Grech seta’ kien il-protagonista għall-Greens minuta biss wara meta huwa dar tajjeb ma’ Camilleri, iżda difensur ta’ Zabbar salva l-ballun minn fuq il-linja biex salva goal ċert.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Alex Johnson
Plejer tal-Logħba: Jork Elbin Becerra Portocarrero (Floriana FC)