Beda Frar u wasalna għall-5 episodju ta’ KWIR. F’dan l-episodju naraw kif Lysander qed jipprova jgħallem lil Connor jilgħab il-football u bejn il-mumenti ta’ taħriġ, it-tnejn jibdew jersqu eqreb lejn xulxin. L-atmosfera tissakkar f’mument ta’ tensjoni romantika, imma l-mument tagħhom jinkiser minn Luca, il-captain tat-team, li jagħmel ħsara lis-sitwazzjoni b’kummenti sarkastiċi. Wara dan, Lysander u Connor jgħaddu ħin flimkien, b’Lysander jistieden lil Connor għal festin ta’ għeluq sninu.
Fl-istess episodju, il-kwistjonijiet fid-drag bar jidhru meta Missy, Bebe, u Bobby jkunu qed jippreparaw għall-wirja tagħhom,
iżda Missy tħoss li qed tkun imwarrba. Fl-aħħar, Helen titfaċċa d-dar ta’ Stella wara snin ta’ silenzju, tfittex għajnuna peress li tħoss li hemm xi ħadd isus fuqha.
KWIR, it-Tnejn 3 ta’ Frar, fid-8:45pm, esklussivament fuq ONE