Il-programm ‘Bla Fruntieri’ fuq ONE dalgħodu se jiddiskuti mal-Professur Philip Von Brockdorff iċ-ċertifikat pożittiv li għadu kemm ingħata lil pajjiżna mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF). Ċertifikat pożittiv li ma ngħatax lil kullħadd, waqt li din l-istituzzjoni rinomata internazzjonali bassret li, matul din is-sena, il-ġid nazzjonali ta’ Malta se jkompli jikber b’rata impressjonanti ta’ 4%, waqt li pajjiżi oħrajn qed jesperjenzaw saħansitra riċessjoni.
Fit-tieni parti tal-programm nitkellmu mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg, dwar il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn għadhom kemm ġew diskussi tliet temi importanti, b’Malta jkollha rwol ewlieni.
Il-programm ‘Bla Fruntieri’ bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Claudette Abela Baldacchino jixxandar fl-10:00 ta’ filgħodu fuq ONE eżatt qabel l-indirizz tal-Prim Ministru Robert Abela waqt l-attività politika minn Birżebbuġa.