Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibqa’ jirrepeti gidba u b’mod mill-aktar baxx jimplika lill-Prim Ministru f’każ li qiegħed jiġi investigat.
Dan intqal fis stqarrija mill-uffiċju tal-Prim Ministru, b’referenza għal-każ ta’ allegat indħil politiku f’każ li jirrigwarda allegat traffikar ta’ droga f’Għawdex.
Fl-istqarrija jingħad li l-unika arma li għad għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni hija li jigdeb b’mod sfaċċat u jitfa’ l-ħmieġ forsi jeħel. Il-Gvern mhux se jaqa’ għal din il-provokazzjoni.
L-investigazzjoni li ssejħet mill-Gvern dwar dawn l-allegazzjonijiet hija waħda serja u indipendenti. It-tentattiv tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jipprova jiskredita din l-inkjesta tikxfu bħala Kap li jrid ikun judge and jury. Dan huwa tentattiv iddisprat minn politiku tal-bieraħ u irresponsabbli.