Dawn iddeskrivewhom bħala koppja popolari u li kienu maħbuba ħafna, u li telqu minn Hinckley f’Leicestershire għal ħajja aħjar hawn Malta għaxar snin ilu. Kienu kunteni mmens f’Għawdex, u kienu koppja li jagħmlu kollox flimkien.
Gawdew ikla mal-ħbieb flimkien mal-kelb tagħhom Saki, eżatt qabel ħabtu. Kien vjaġġ qasir ta’ għaxar minuti, li sarraf fi traġedja meta baqgħu diħlin ġo vann.
B’miraklu, il-kelb Saki baqa’ ħaj. Il-kelb kien fuq wara, liebes ċintorin speqjali li aktarx salvalu ħajtu. Infatti sofra biss tbenġil u brix.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom iwettqu ħidma biex joħorġu lill-koppja mis-Suzuki Ignis, u ingħataw CPR f’ambulanza fi triqithom lejn Għawdex. Iżda kien kollu għalxejn, għax mietu l-isptar.
Is-sewwieq tal-vann, ġuvni ta’ 25 sena, għandu pelvis miksura u ksur f’imnieħru u fil-kustilji.