Il-plejer malti Brian Cini tilef il-finali tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker Amateurs. Cini safa’ megħlub miċ-ċiniż Gao Yang bl-iskor ta’ 5-3. Finali li kienet l-aqwa minn disa’ frames.
Sal-intervall iż-żewġ plejers kienu 2-2.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Breaks: Brian Cini 78, 67 / Yang Gao 60, 52
Gao Yang kiteb l-istorja meta sar l-ewwel plejer li rebaħ id-WSF Open u t-titlu tal-Juniors filwaqt li rebaħ WST Tour Card ta’ sentejn.
Minkejja t-telfa tal-lum, Brian Cini temm dan il-Kampjonat tad-Dinja b’rasu mgħollija hekk kif kellu prestazzjonijiet mill-aqwa.