Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco itrattat każ ta’ tifla ta’ 15-il sena li marret għand il-Pulizija tirrapporta kif missierha taha xeba’ f’wiċċha wara li din irrifjutat li tmur tgħinu fl-għalqa.
Il-prosekuzzjoni fil-Qorti spjegat li t-tifla anke rċeviet numru ta’ messaġġi rekordjati, fejn beda joffendiha u jgħajjarha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien hawn li dan mar quddiem il-bieb fejn tgħid u allegatament taha daqqa biċ-ċatt u wara li qaltlu li sejra għand il-Pulizija taha daqqa ta’ ponn.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat obbligatu li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sitt xhur u li ma jatix fastidju ieħor lil bintu.