Raġel ta’ 50 sena minn Birkirkara wieġeb mhux ħati li ta fastidju sesswali lil mara.
Fil-Qorti l-prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ meta lbieraħ daħal rapport fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid minn mara li qalet kif meta kienet fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata tnaddaf qabar, l-imputat mar minn warajha u neża’ ħwejġu u taha fastidju sesswali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat ċaħdet il-ħelsien mill-arrest u ordnat divjett fuq l-ismijiet.