ONE News hu nfurmat li għall ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ wara nofsinhar, f’Rue D’Argens, il-Gżira seħħet ħabta bejn mutur Yamaha YB125 misjuq minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Fgura u karozza Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 30 sena u residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku minn Mater Dei u s-sewwieq tal-mutur ttieħed l-isptar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel li ttieħed l-isptar qed isofri minn ġrieħi gravi.