Waqt intervent li għamlet l-Avukat Veronique Dalli fuq Sib il-Punt, fuq ONE, ġie spjegat kif ir-riforma fil-liġi tal-inkejesti se tkun qed tissalvagwardja wkoll lill-dawk li jintalbu biex jagħtu x-xhieda tagħhom waqt il-proċess ta’ inkjesta maġisterjali. Dan billi mill-bidu, jkunu notifikati li se jkunu qed jagħmlu dan.
“Mela int għandek persuna li bagħat għalih bħala xhud, qed jixhed, qed jagħtik l-informazzjoni mingħajr m’hu qed jkun protett, mingħajr ma jaf li qed jiġi investigat u wara tiġi tgħidlu jiena jidhirli li inti għandek tkun akkużat u ħa nakkużak il-qorti. Mela jaqbillek tkun arrestat quddiem il-pulizija għax arrestat mal-pulizija għalmenu għandek is-salvagwardja li tista’ ċċempel lill-avukat. Imma jekk tkun xhud f’inkjesta, ħadd ma jaf jekk intix inizjat jew le. U x’jiġifieri persuna qed tiġi investigata f’forum ta’ inkjesta maġisterjali u ma tkunx taf?”
L-Avukat Veronique DalliREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Semmiet ukoll dak li diġà sar numru ta’ snin ilu sabiex dawk li ma jkollomx l-avukat tagħhom, jkunu jistgħu jiġu assistiti permezz tal-għajuna legali.
Filwaqt li l-Avukat Dalli qalet li din ir-riforma se tkun qed tipproteġi lil kull ċittadin, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, fuq programm ta’ dibattitu mal-Ministru Jonathan Attard fuq ir-radju tal-knisja, mingħajr l-ebda bażi qal li din ir-riforma se tkun qed tħares biss lil faxxa waħda tas-soċjetà.
“U meta nisma’ din il-kritika ta’ Ara, qegħdin jippruvaw jiddeprivaw il-privat mid-dritt tiegħu, mhu vera xejn. Mhu vera xejn.”
L-Avukat Veronique Dalli
Fuq Sibt il-Punt, l-Avukat Dalli temmet tgħid li fuq kollox, din il-ħidma se tkun qed tagħti serħan il-moħħ lill-qraba li ħafna drabi ma jkollomx indikazzjoni ta’ x’qed jiġri f’dan il-proċess ġudizzjarju.
“U il-familji tagħhom, aħna ma nafux x’ se ngħidulhom. Inkjesti li ilhom sentejn li jistgħu jkunu inċident traġiku imma d-dinamika tiegħu pjuttost sempliċi. Il-familja ssaqsik isma hemmhekk x’qed jiġri?” u ma jkollok risposti, ma tafx x’se twieġeb. Għaliex? Għax l-inkjesta ssir bil-magħluq, il-vittmi ma jistgħux jipparteċipaw, il-vittmi ma jistgħux jkunu jafu x’qed jiġri fl-inkjesta, il-qraba tal-vittmi ma’ jistgħux jkunu jafu jekk wasalniex f’xi konklużjoni. Biex titlob kopja tal-inkjesta imbagħad xi tlett snin wara.”
L-Avukat Veronique Dalli
L-istess tenna l-Minsitru għall-Ġustizja Jonathan Attard fejn saħaq li din ir-riforma se tkun qed issaħħaħ l-aċċess tal-pubbliku u ma jibqgħux fl-għama waqt il-proċess.
Waqt id-dibattitu mmexxi minn Andrew Azzopardi, bħas-soltu, d-deputat nazzjonalista, Karol Aquilina, nfexx juża kliem negattiv li jindika d-disprament tal-Partit Nazzjonalista. Dan minflok ħareġ hu bis-suġġerimenti.
“Oxxena”
Deputat PN, Karol Aquilina
“M’għamlu assolutament xejn”
Deputat PN, Karol Aquilina
Sadanittant, il-Ministru Jonathan Attard temm jgħid li din ir-riforma se tkun qed issaħħaħ ukoll il-proċess tal-ġbir tal-provi bl-għajnuna tal-Pulizija biex imbagħad ikunu jistgħu jintużaw f’każ li dak li jiftaħ l-inkjesta jiddeċiedi li jkompli.
“B’din ir-riforma, liċ-ċittadin qed ngħidulu mur għamel rapport lill-pulizija għax il-pulizija għandha l-funzjoni ukoll li tgħinek fil-ġbir tal-provi ħalli meta imbagħad tmur quddiem l-qorti kriminali, quddiem l-imħallef, hemmhekk jiġu ppreżentati provi li huma produċibbli u li mhux xi hearsay evidence jew xi artiklu mhux issostanzjant minn xi internet site u mela le, dawk l-inkjesti li għandhom jimmeritaw, dawk il-każi li jimmeritaw li ssir inkjesta ħa ssir inkjesta dwarhom.”
Il-Ministru Jonathan Attard