Illum, il-Gvern se jkun qed joħroġ sejħa għal żewġ maġistrati ġodda oħra. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, waqt il-programm ‘Insights’ fuq ix-xandir nazzjonali.
Din iż-żieda se tikkumplimenta l-għadd diġà rekord fuq il-bank tal-ġudikatura, bl-investimenti li kien hemm fl-aħħar snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru tenna li l-għan ta’ din iż-żieda hi mmirata biex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja.