L-emozzjonijiet huma dejjem għoljin hekk kif kull nhar ta’ Sibt filgħaxija Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu jlestu sabiex iwasslu programm ieħor mimli sorpriżi, stejjer ta’ nies ta’ veru li jagħtuna eżempju bil-kuraġġ kbir li kull wieħed u waħda minnhom iħaddnu.
Fil-programm ta’ din il-ġimgħa, ser napprezzaw flimkien il-ħlewwa ta’ Maria u Nevice żewġ żagħżagħ li jiffurmaw parti mill-iSpecial Olympics u li jagħmlu lilna lkoll Maltin bħalhom unur bid-determinazzjoni u s-simpatija tagħhom. U ghaliex Arani Issa għażel lil Emiriana sabiex taqsam l-istorja sabiħa u emozzjonanti tagħha u x’rigal hemm lest għal din il-mara tant eżemplari?
L-istorja ta’ Andre ser tisraq il-qlub ta’ kulħadd hekk kif dan il-ġuvni li fi kliem Joseph stess tant jammira, jirrakkonta il-ġrajja tassew diffiċli li bħal sajjetta fil-bnazzi feġgħet fil-ħajja ta’ dan iż-żgħażugħ li ma jaqta’ qalbu qatt. U x’sorpriża ħelwa hemm lesta għal Andre fl-aħħar tal-programm?
Dan u aktar fil-programm ta’ Arani Issa is-Sibt l-1 ta’ Frar fid-8:45pm fuq ONE