Il-proġett tal-impjant Waste-to-Energy f’Malta reġa’ qed jiffaċċja dewmien ieħor wara li l-kumpanija Kanadevia Inova, li kienet magħrufa bħala Hitachi-Zosen Inova, appellat ir-riżultat tat-tieni proċess ta’ akkwist.
Fl-20 ta’ Jannar li għadda, il-proċess ikkonferma l-offerta ta’ Paprec Energies International – BBL Malta, iżda Kanadevia Inova ressqet appell fi żmien il-perjodu ta’ għaxart ijiem mogħti għal tali każi.
Stqarrija mill-Wasteserv qalet li issa l-każ se jiġi eżaminat mill-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi. Dan l-impjant hu kruċjali biex Malta tnaqqas id-dipendenza fuq il-miżbliet, li huma ta’ spiża u ħsara għall-ambjent u s-saħħa pubblika.