Il-Partit Laburista qal, fi stqarrija, li dak li seħħ ilbieraħ fil-Parlament wera kif l-Oppożizzjoni timxi fuq politika kattiva u bla qalb, waqt li tieħu gost tweġġa’ lil persuni sempliċiment għax ġejjin min-naħa opposta tal-ispettru politiku.
Waqt li lbierah, fil-Parlament, id-Deputat Laburista Carmelo Abela emozzjona ruħu waqt li kien qed jiddeskrivi l-kalvarju li għadda minnu hu u l-familja tiegħu minħabba gidba tal-eks Deputat Nazzjonalista u avukat tal-għaqda Repubblika, Jason Azzopardi, il-Kap de facto tal-PN, Karol Aquilina, beda jidħaq.
Il-PL qal li Jason Azzopardi, il-ħabib ta’ Aquilina, mhux biss gideb fuq Carmelo Abela, iżda anke persuni oħrajn li spiċċaw fil-mira ta’ din il-fazzjoni estremista tal-PN, li qed tehda f’politika li tkisser lin-nies.
Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jikxef kemm inħataf mill-fazzjoni estremista bi stil ta’ politika kattiva u bla qalb, temmet l-istqarrija.
Aqra aktar: