Wara numru ta’ suspetti ta’ traffikar tad-droga, il-Pulizija wettqu investigazzjoni u sorveljanza, li aktar kmieni llum wasslet sabiex f’ħanut fi Triq l-Alka, San Pawl il-Baħar, ġew arrestati żewġt irġiel, wieħed ta’ 47 sena mill-Kosta tal-Avorju u l-ieħor ta’ 34 mill-Mali.
Fi tfittxijiet li saru fil-proprjetà u fuq il-persuni waslu sabiex instabu madwar 50 pakkett ta’ droga suspettati kannabis, lesti sabiex jiġu ttraffikati. Dan flimkien ma’ ammont ta’ flus kontatni.
L-arrestati qed jinżammu arrestati mill-Pulizija fil-lock-up fil-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.