Is-sussidji multi-miljunarji fil-prezzijiet tal-enerġija qed jagħtu l-frott tagħhom.
Dan hekk kif skont ċifri mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, f’perjodu ta’ sentejn, juru li l-għadd ta’ persuni li ma jifilħux isaħħnu djarhom f’Malta, naqas b’punt perċentwali.
Dan hekk kif fl-2021, l-għadd ta’ dawn il-persuni kien jgħoddu għal 7.8%, waqt li fl-2023, din ir-rata niżlet għal 6.8%.
Għall-kuntrarju, f’dan il-perjodu, il-medja fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea żdiedet. Waqt li fl-2021, ir-rata kienet ta’ 6.9%, fl-2023 telgħet għal 10.6%.