Raġel ta’ 38 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem bi grinder.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:30 f’maħżen f’Xatt il-Mollijiet, fil-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u mar ukoll tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.