Aktar kmieni llum saret iċ-ċerimonja annwali fejn 18-il uffiċjal ġew ippreżentati bil-FIFA Badges għal 2025, liema badges ġew preżentati mill-President tal-Malta Football Association, Bjorn Vassallo.
Preżenti wkoll fost oħrajn kien hemm id-Direttur Tekniku tal-IFAB, David Elleray, kif ukoll id-Direttur tar-Refereeing fi ħdan l-MFA, Alan Mario Sant.
Ta’ nota, li din is-sena, żewġ uffiċjali ġew preżentati bil-FIFA Badge għall-ewwel darba, b’Mark Ciantar jiġi nkluż fil-lista tal-FIFA Assistant Referees, filwaqt li Danilo Francalanza se jkun parti mill-lista tal-FIFA Futsal Referees.
Waqt iċ-ċerimonja tal-lum, saret preżentazzjoni speċjali lil Alan Camilleri bħala apprezzament għal karriera twila tiegħu fil-qasam tar-refereeing, fejn fost l-oħrajn kellu diversi appuntamenti internazzjonali f’dawn l-aħħar 22 sena.
L-uffiċjali Maltin kollha inklużi fil-lista tal-FIFA huma:
FIFA Referees: Ishmael Barbara, Matthew De Gabriele, Philip Farrugia, Trustin Farrugia Cann, Joanna Vassallo
Assistant FIFA Referees: Mark Ciantar, James Muscat, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Duncan Spencer, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana, Roberto Vella
FIFA Futsal Referees: Stephen Vella, Andrea Naudi, Danilo Francalanza
FIFA Beach Soccer Referees: Stephania Bonnici, Luca Formosa