Il-Prim Ministru tas-Serbja Milos Vucevic ilbieraħ irriżenja wara xhur ta’ protesti li segwew inċident f’Novembru li għadda fejn waqet tinda fi stazzjon tal-ferrovija li ħalliet 15-il persuna mejta.
Din ir-riżenja waslet ġurnata biss wara li l-President Aleksandar Vucic iddikjara li hemm bżonn urġentament ta’ rikostruzzjoni estensiva fil-gvern bħala risposta għar-rikjesti imposti mill-istudenti universitarji li kienu qed jieħdu azzjonijiet industrijali.
Nhar it-Tnejn, dimostranti effettivament imblukkaw waħda mill-arterji tat-traffiku fil-belt kapitali ta’ Belgrade għal 24 siegħa biex b’hekk żiedu l-pressjoni fuq l-awtoritajiet.
Ma’ l-istudenti ingħaqdu bdiewa bit-tractors u eluf ta’ ċittadini hekk kif kien ilhom ġimgħat jipprotestaw biex jitolbu kontabilità għall-inċident fatali li seħħ fil-kapitali reġjonali ta’ Novi Sad u li l-kritiċi kienu qalu li kien tort tal-gvern korrott.
Ilbieraħ irriżenja wkoll is-Sindku ta’ Novi Sad, Milan Duric.