Tħabbret il-mewt ta’ Benny Borg Bonello, fl-età ta’ 76 sena.
Borg Bonello għamel żmien twil bħala President tal-Għaqda tal-Konsumaturi, għaqda li wara erbgħin sena volontarjat, għalqet il-bibien tagħha.
Benny Borg Bonello kien ukoll attiv fil-Partit Laburista, partikolarment fis-snin bejn l-1996 u l-2003, waqt li aktar riċenti kien jikteb regolarment fil-portal Talk.mt
Benny Borg Bonello se jkun qed jingħata l-aħħar tislima t-Tlieta 28 ta’ Jannar fid-9:30 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta.