Ħadd li beda b’mod traġiku dan hekk kif żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Raħal Ġdid tilef ħajtu wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq tat-tip Honda Civic fil-Marsa.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Aldo Moro, il-Marsa
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Bugeja LL.D li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.