Zabbar SP kisbu t-tielet rebħa minn tlieta fuq Balzan meta għelbuhom bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0. B’hekk wara t-telfa ta’ 3-1 kontra Marsaxlokk, iż-Żabbarin irritornaw għar-rebħ.
Min-naħa l-oħra wara wirja pożittiva fir-rebħa ta’ 3-2 kontra Mosta, Balzan reġgħu ddeludew u xejn ma mpressjonaw. Detrimentali għalihom kien il-fatt li temmew il-partita jilagħbu b’disa’ players.
Ghal Zabbar spikka ferrm il-pleyer żagħżugħ Jake Micallef li skorja l-ewwel goal għalihom u ġie wkoll ivvutat bħala l-Player tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti.
Zabbar fetħu l-iskor permezz ta’ JAKE MICALLEF fis-56 minuta, qabel skorjaw żewġ goals oħra proprju fil-ħin miżjud l-ewwel permezz ta’ SEAN GATT fit-92 minuta u mbagħad minn DIOGO TAVARES fil-95 minuta biex issiġilla rebħa konvinċenti Żabbarija.
Ta’ nota huwa l-fatt li għal Balzan tkeċċew Henri Braham Stanic permezz ta’ karta ħamra diretta fis-67 minuta, kif ukoll Rafael Floro fit-78 minuta, din id-darba wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.
Referee: Daniel Portelli
Plejer tal-Logħba: Jake Micallef (Zabbar SP)