“Wasal iż-żmien li nsebbħu l-lokalità tagħna u nirreġeneraw Birżebbuġa fl-era moderna.”
Dan intqal mis-Sindku ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri, f’kumment ma’ ONE News. Dan wara li tħabbar il-proġett tar-riġenerazzjoni tax-Xatt ta’ Birżebbuġa b’investiment ta’ €12-il miljun.
Dan il-proġett ta’ tisbiħ tal-promenade u ħames spazji miftuħa ġodda.
Hawnhekk issemma kif dan il-proġett f’Birżebbuġa jingħaqad ma’ deċiżjonijiet oħra li ttieħdu minn Gvern Laburista.
“Naħseb dan il-proġett jingħaqad ma’ deċiżjonijiet li ttieħdu fil-passat f’Birżebbuġa. Tul dawn l-aħħar għaxar snin rajna t-twaqqif tal-impjant tal-31 ta’ Marzu, rajna ftehim sabiex il-Freeport ma jidħolx ’il ġewwa u numru ta’ miżuri oħra sabiex inkomplu nsaħħu l-lokalità tagħna. Issa wasal iż-żmien li nsebbħu l-lokalità tagħna, niġġeneraw Birżebbuġa fl-era moderna, f’era ġdida ta’ tisbiħ u kemm ir-residenti u kif ukoll dawk li jżuruna jistgħu jiltaqgħu f’post aktar organizzat u sabiħ f’Birżebbuġa.”