It-terrorist li qatel erba’ persuni innoċenti waqt l-attakk li ħejja f’Westminster kien ilu għal żmien twil “ifittex biex joqtol lil xi ħadd” u għal dan il-bżonn li ħass, fittex l-għajnuna professjoni biex iwaqqaf dawn is-sejħiet li kellu, dan skont ħabib qrib tiegħu li sostna dan mal-midja barranija.
Dawk kollha li kienu jafu lil Khalid Masood, il-qattiel, magħruf ukoll bħala Adrian Russell Ajao u Adrian Elms, qalu li kien persuna li kellu karattru “problematiku” li taqbiżlu malajr.
Hekk kif l-investigaturi qed jippruvaw jaqbdu tard ta’ x’seta’ wassal lil Khalid għal dan il-punt estrem, l-Ambaxxata Sawdija f’Londra kkonfermat kif hu kien fil-pajjiz tliet darbiet.
Fi stqarrija, l-Ambaxxata qalet kif Khalid kellu viża biex jaħdem fil-pajjiż u kien jgħallem l-Ingliż hemm minn Novembru tal-2005 sa Novembru tal-2006, l-istess f’April tal-2008 sa April tal-2009. Hu rritorna lura lejn pajjiżu għal sitt ijiem f’Marzu tal-2015.
Masood ma kienx qed jiġi mfittex mis-servizzi tas-sigurtà tal-Arabja Sawdija, u qatt ma xellef diffru mal-ġustizzja.
Eks-ħabib tiegħu ddeskriva kif darba minnhom Masood poġġielu sikkina m’għonqu fl-2000 u qal “Irrid ftit demm. Nixtieq noqtol lil xi ħadd.”
Lee Lawrence, li għandu 47 sena spjega ma The Daily Telegraph kif “wara li kkalma ftit beda jgħid ‘x’għamilt? X’qed nagħmel? Irrid infittex l-għajnuna minħabba dan il-bżonn li qed inħoss!”
Masood inqatel mill-Pulizija waqt l-attakk li ħejja u wettaq fit-toroq ta’ Londra f’Westminser, fejn saqq karozza għal fuq folla u qatel tliet persuni u ġera fil-Parlament f’Westminster u ta daqqiet ta’ sikkina lil Pulizija li kien stazzjonat hemm, fejn kawża tal-ġrieħi tilef ħajtu.