L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba, il-MAM, immexxija minn Dr Martin Balzan qalet li tinsab sorpriża li l-Gvern daħħal pjan ta’ kontinġenza biex min ma jistax jinqeda miċ-Ċentri tas-Saħħa milquta bid-direttivi tal-MAM, qed imorru fi sptarijiet privati wara ftehim bejn il-Gvern u l-privat.
Il-MAM qalet li ċ-ċentri tas-saħħa li laqtu huma bid-direttivi jfisser li l-pajjiż qed jaħdem bħal nhar il-festi u allura ma hemm xejn ta’ barra minn hawn.
Dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa spjega l-pjan ta’ kontinġenza għan-nies wara l-azzjonijiet industrijali tat-tobba mnebbħa mill-pjan tal-Gvern li jgħin fis-servizz ta’ kura ta’ emerġenza billi jidħol fi ftehim mas-settur privat favur l-interess tal-pazjent.
Aqra aktar dwar il-pjan ta’ kontiġenza għad-direttivi tal-MAM tal-lum: