Intemmet l-avventura tat-tennista serb Novak Djokovic fl-Open tal-Awstralja hekk kif fis-semifinali tal-individwali tal-irġiel kellu jirtira kontra s-seed numru 2 Alexander Zverev.
Wara li Zverev kien għadu kif rebaħ l-ewwel set bit-tie break, Djokovic deher jersaq lejh u jgħidlu li ma setax ikompli l-logħba minħabba wġiegħ f’koxtu. Jidher li Djokovic weġġa’ fil-logħba ta’ qabel kontra Carlos Alcaraz.
Fi tmiem il-logħba Djokovic kien ibbuwjat mill-pubbliku awstraljan. Fil-konferenza tal-aħbarijiet it-tennista serb ta’ 37 sena qal li jinsab inkwetat bl-injury tiegħu.
B’hekk fil-finali, Zverev issa jilgħab kontra t-taljan numru 1 tad-dinja Jannik Sinner li fis-semifinali l-oħra, aktar tard, għeleb lill-amerikan Ben Shelton.
Intant fil-kategorija tan-nisa, l-amerikana Madison Keys għaddiet għall-finali kontra t-tennista numru 1 tad-dinja mill-Belarus Aryna Sabalenka.
Dan hekk fis-semifinali Keys għelbet lin-numru 2 Iga Swiatek.
(Photo Credit: Getty Images)