Il-Membru Parlamentari Clayton Bartolo ssottometta ilment għand il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, biex jinvestiga lid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia.
Dan għar-raġuni li, b’mod sfaċċat, id-Deputat Nazzjonalista qed jabbuża mill-pożizzjoni Parlamentari tiegħu b’konflitt ta’ interess qawwi personali.
Fl-ilment tiegħu, Bartolo jisħaq li dan joħroġ ċar l-aktar mit-tweġibiet għal numru ta’ mistoqsijiet Parlamentari dwar każi li jittrattaw materja fejn Delia qed jirrappreżenta legalment b’mod privat lil kumpanija li oġġezzjonat fuq tender għal tender li ngħata mill-Enemalta.
Din l-aħbar kienet ukoll irrapportata minn ONE News, wara li l-eks Kap Nazzjonalista nqabad juża l-pożizzjoni Parlamentari fl-interess tal-klijenti privati tiegħu.
Il-Ministru Miriam Dalli kienet ġibdet l-attenzjoni fil-Parlament fejn tenniet li Delia għandu jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara. Anke l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard l-Erbgħa filgħaxija ġibed l-attenzjoni dwar dan.