L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se tkun qed tiffinanzja ’l fuq minn €240,000 biex isir proġett ta’ tħaddir urban fin-Naxxar, li se jkun qed iservi bħala post rikreattiv ta’ kwalità għolja għall-familji.
Il-Perit Sandra Magro, Chairperson tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp, qalet li dan juri l-impenn mill-Awtorità li tipprovdi r-riżorsi biex tgħin lill-komunità Maltija bi proġetti bħal dan li se jissodisfa l-bżonnijiet tal-komunità u jkun wieħed aċċessibbli għal kulħadd.
Dan l-ispazju ġdid miftuħ fin-Naxxar, qrib il-Knisja tal-Ħniena Divina, se jkun mgħammar b’bandli moderni, logħob iddisinjat għal tfal ta’ kull età, żoni li jipproteġu mill-elementi, bankijiet għal rilassament u interazzjoni soċjali. Ma’ dan, il-post se jkollu kameras tas-sigurtà jaħdmu l-ħin kollu.