Raġel ta’ 51 sena minn Tas-Sliema ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur li seħħet ilbieraħ għall-ħabta tas-6:00 ta’ filgħaxija fi Triq Rudolfu f’Tas-Sliema.
Jirriżulta li l-karozza, misjuqa minn barrani ta’ 47 sena minn Santa Venera, ħabtet mal-mutur li fuqu kien hemm is-Slimiż.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza medika immedjata u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.