Fi stqarrija, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, l-NCPE, laqgħet b’sodisfazzjon il-co-option ta’ Ramona Attard fil-Parlament Malti.
Intqal li l-Avukat Attard iġġib magħha esperjenza politika u professjonali u l-involviment tagħha fil-Parlament se jtejjeb ir-rappreżentanza sinifikanti tan-nisa fil-politika fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
L-NCPE qal ukoll li din il-co-option qed issir fl-isfond li Malta għaddejja bl-isforzi tagħha sabiex tikseb rappreżentanza bbilanċjata tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ poter.
Il-Kummissjoni temmet tgħid li hi tawgura lil Dr Attard kull suċċess fil-ħidma parlamentari tagħha u tittama li l-eżempju tagħha jaspira aktar nisa biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-politika.