Raġel ta’ 25 sena minn Ħ’Attard jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn pajp ta’ apparat tal-konkos fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.
L-aċċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9:00 p.m., meta l-Pulizija ġiet informata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-istħarriġ li sar irriżulta li raġel weġġa’ wara li l-apparat kellu xi ħsarat bil-konsegwenza li seħħ l-aċċident.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.