Illum jagħlaq sninu, l-eks Prim Ministru u eks Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat. Huwa għalaq 51 sena.
Dr Muscat laħaq Mexxej tal-Partit Laburista f’Ġunju tal-2008 wara li l-Partit Laburista kien tilef l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu ta’ dik is-sena. Matul it-tmexxija tiegħu saru diversi riformi li wasslu biex il-Partit Laburista sar partit rebbieħ. Il-Partit Laburista, immexxi minnu, rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 u dik tal-2017.
Il-Gvern Laburista taħt it-tmexxija tiegħu implimenta l-programmi elettorali b’għadd ta’ bidliet soċjali u ekonomiċi flimkien ma’ qabżiet ’il quddiem fid-drittijiet ċivili.
Joseph Muscat serva bħala Prim Ministru bejn Marzu tal-2013 u Jannar tal-2020, wara li xahar qabel kien ħabbar li se jirriżenja mll-pożizzjoni u minn Mexxej Laburista.
Dr Muscat kien anke Membru tal-Parlament Ewropew u serva fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.