F’programm fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista 101, semmiegħ ħareġ b’suġġeriment biex jiġi ġġamjat it-traffiku fil-pajjiż.
Pronta kienet it-tweġiba tal-preżentatur Simon Cassar, li jaħdem fl-uffiċċju tal-komunikazzjoni ta’ Bernard Grech li rringrazzja lis-semmiegħ tas-suġġeriment tiegħu.
Fl-istudio kien hemm is-Segretarju Ġenerali caretaker Michael Piccinino li ma lissinx kelma kontra dan is-suġġeriment milqugħ mill-midja Nazzjonalista.
Fl-aħħar jiem, Godfrey Leone Ganado, l-awditur qrib il-fergħa estremista fil-Partit Nazzjonalista magħruf għat-tgħajjir tiegħu kontra esponenti Laburisti stqarr li l-Membri Parlamentari Ewropej għandhom jaħdmu biex Malta titlef fondi Ewropej.
Dan għax hu kontra riforma li qed jispjega l-Gvern fl-inkjesti li mhu se ċċaħħad l-ebda dritt, anzi l-midja qed tirrapporta kif se tagħti salvagwardji biex ma jiġux rovinati ħajjiet ta’ persuni għalxejn.
Ganado, li kien intefa’ barra l-Palazz ta’ Sant’Anton meta l-Blueheroes marru għand il-President biex iqaċċtu lil Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni, kien kiteb ukoll kontra pajjiżna u l-Partit Laburista.
Fil-fatt, Ganado huwa l-istess persuna li saħansitra kien qal li jrid l-għaks ħalli l-Partit jitlef il-gvern u jitla’ l-Partit Nazzjonalista.
Ta’ min ifakkar ukoll kif Ganado kien instab ħati fil-Qorti talli ppubblika kliem ta’ tixwix u mibegħda fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela u lejn kull min jappartjeni għal Partit Laburista, fosthom id-Deputat Rosianne Cutajar, fejn instab ħati ta’ kliem dispreġġjattiv fil-konfront tagħha.
Fl-aħħar ġimgħat imbagħad sar magħruf li Greg Lindberg, Amerikan minn Florida li Ganado kien direttur f’kumpanija tiegħu, ammetta li wettaq frodi u skema ta’ ħasil ta’ flus li jlaħħqu iż-żewġ biljun dollaru.
AQRA AKTAR: – fil-video