Għal dawn l-aħħar 39 sena fl-Istati Uniti, it-tielet Tnejn ta’ Jannar huwa jum ta’ vakanza federali ddedikat lil Martin Luther King Jr. Din is-sena dan qed jiġi ċċelebrat propju llum l-20 ta’ Jannar li din is-sena huwa wkoll il-jum tal-inawgurazzjoni.
King kien il-kelliem ewlieni uffiċjali għall-attiviżmu mingħajr vjolenza waqt il-Moviment għad-Drittijiet Ċivili li kien ipprotesta kontra d-diskriminazzjoni razzjali fil-liġi federali u tal-istat u s-soċjetà ċivili fatt li għalih rebaħ ukoll il-premju nobel għall-paċi fl-1964.
Dan il-moviment kien strumentali fir-riform leġislattivi tal-Istati Uniti.
Il-kampanja sabiex tkun iddedikata vakanza federali biex tkun imfakkra l-memorja tiegħu bdiet ftit wara l-assassinju tiegħu fl-1968 u kien il-President Ronald Reagan li iffirma d-digriet fil-liġi fl-1983 u kienet osservata l-ewwel darba tliet snin wara.
Din is-sena qed ikun inawgurat it-30 sena anniversarju bħala ġurnata nazzjonali għas-servizz. Din il-ġurnata hija ddedikata għall-ħajja u l-legat ta’ Martin Luther King u sabiex tinkoraġġixxi lill-Amerikani biex jaħdmu fil-volontarjat biex isaħħu l-komunitajiet.
Interessanti li din hija l-unika vakanza federali ddedikata lill-persuna li ma servietx bħala President tal-Istati Uniti.