Figuri tal-NSO juru li l-2024 kienet sena rekord għas-suq tal-proprjetà residenzjali fejn il-valur laħħaq kważi €3.5 biljun. Żieda ta’ €232 miljun fuq l-2023.
Dan wara li s-sena li għaddiet ġew iffirmati 12,594 kuntratt ta’ bejgħ, waqt li saru wkoll 13,588 konvenju. Il-fatt li n-numru ta’ konvenji kien ferm aktar minn dak tal-kuntratti jindika li anke din is-sena se tkun waħda tajba għas-suq tal-proprjetà.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt li f’Ottubru li għadda sar l-akbar ammont ta’ xiri, b’1,129 kuntratt, Diċembru kellu l-akbar valur bi €350 miljun.
Ta’ min ifakkar ukoll li, fl-2024, spiċċat l-iskema b’roħs qawwi fil-boll fuq proprjetà Għawdxija u, anke jekk kien hemm min bassar li se jkun hemm tnaqqis qawwi hemmhekk, jirriżulta li dan ma seħħx.