It-team tal-waterpolo ta’ Sliema rebaħ il-logħba tal-ewwel leg mill-kwartifinali taċ-Challenger Cup meta għeleb lil Ljubljana Slovan bl-iskor ta’ 15-8 . Logħba li ntlagħbet is-Slovenja.
Sliema rebħu l-ewwel sessjoni 5-2 filwaqt li Ljubljana rebħu t-tieni sessjoni 3-1.
Is-slimiżi rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor konvinċenti ta’ 4-1.
Sliema kellhom wirja tajba fl-aħħar sessjoni meta rebħu 5-2.
L-iskorers għal Sliema kienu: Dino Zammit u Liam Galea b’ħames gowls, filwaqt li Jamie Gambin, Benjamin Cachia, Andreas Galea u Julian Chircop skurjaw goal kull wieħed.
It-tieni leg tintlagħab f’Malta fl-1 ta’ Frar.