“Nieħu gost jekk Jason Azzopardi jieħu ċertu inizjattivi”
Dan kien is-sentiment li ħareġ mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina f’intervista ppublikata l-Ħadd mal-MaltaToday, fejn għal darb’oħra, il-gideb sfaċċat ta’ Jason Azzopardi reġa’ ġie mfaħħar, b’din id-darba ikun meqjus ukoll ta’ gost għal Aquilina.
Din issa saret retorika għall-aħħar li Azzopardi jibqa’ jiġi gglorifikat mill-faxxa estremista Nazzjonalista li qed tmexxi lill-Kap Bernard Grech minn imnieħru.
Għalkemm Aquilina tenna li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex qiegħed jitmexxa minn Jason Azzopardi u l-għaqda Repubblika, hu spjega li lest jikkopera ma’ kull min għandu l-istess idea ta’ politika – anke jekk din il-politika hi miżgħuda bil-gideb u mhux bil-fatti.