Nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar fid-9 ta’ filgħodu, Heritage Malta se ttella’ taħdita fis-sensiela ta’ taħditiet minn eks ħaddiema tat-Tarzna fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.
F’din it-taħdita, il-fokalizzazzjoni se tkun fuq is-snajja’ li trawmu fi ħdan it-Tarzna ta’ Malta, bid-differenza li t-taħdita se tkun kumplimentata minn wirja ta’ għodod li kienu jintużaw f’dawn is-snajja’, flimkien ma’ eks ħaddiema tat-Tarzna li jispjegaw l-użu tal-għodod.
Il-kwalità għolja tal-ħaddiema tas-sengħa li kellha t-Tarzna ġiet mill-esperjenza akkumulata matul is-snin, u li għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra. Il-varjetà ta’ snajja differenti, l-ispeċjalizzazzjonijiet, u l-ħiliet li ssawru fid-Dockyard matul is-snin huma bla qies.
Għal din l-attività irreġistraw li jattendu aktar minn mitejn persuna, fosthom eks ħaddiema tat-Tarzna u uliedhom.