Il-Qorti Ċivili ordnat lill-Isptar San Filippu f’Santa Venera biex iħallas id-dejn tiegħu li għandu mal-bank HSBC – ammont li jlaħħaq it-€12-il miljun.
Lura fl-2023, il-Qorti Ċivili ordnat l-għeluq tal-kumpanija minħabba d-dejn li kien hemm.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mark Simiana, l-Imħallef fuq il-każ, warrab l-ilment tal-kumpanija Golden Sheperd Limited, li tiġi sid l-Isptar.
L-ilment kien li €5 miljuni f’interessi fuq id-dejn kienu eċċessivi.
Id-direttur ta’ Golden Sheperd Limited huwa t-Tabib, Frank Portelli.
L-Avukat Adrian Delia qed jidher għat-Tabib Portelli.