Il-kabinett tas-Sigurtà Iżraeljan approva l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied bejn f’Gaza.
Din id-deċiżjoni saret wara sigħat ta’ diskussjonijiet li komplew tard matul il-lejl. Diskussjonijiet intensivi u fejn kienu mimlija tensjonijiet tant li żewġ ministri tal-lemin estem ivvutaw kontra dan il-ftehim.
Dan il-ftehim wasal wara li l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu u l-Hamas, qalu li ffinalizzaw id-dettalji tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied.
Taħt l-ewwel fażi tal-ftehim, li huwa twil 42 jum, il-Hamas qabel li jeħles 33 ostaġġ Iżraeljan li jinsabu miżmuma f’Gaza, wara 15-il xahar ta’ kunflitt. Bi skambju, l-Iżrael se jeħles 50 priġunier Palestinjan għal kull suldat Iżrealjan mara meħlusa mill-Hamas u 30 għal ostaġġi nisa.
Il-ftehim intlaħaq nhar l-Erbgħa u ġab miegħu tama li jintemm il-ġlied li ilu għaddej mis-7 ta’ Ottubru 2023.