Wara żewġ telfiet konsekuttivi, Balzan ħasdu lil Mosta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2, bil-goal tar-rebħa għalihom jasal proprju fl-aħħar ħames minuti tal-partita.
Mosta fetħu l-iskor fl-14-il minuta, meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, il-ballun spiċċa f’saqajn GIANCARLO GONCALVES li b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa spara ġewwa.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u ħames minuti wara, Kone avvanza tajjeb fil-kaxxa izda kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm barra.
Iżda Bazlan wettqu reazzjoni tajba u fil-25 minuta, ġabu l-iskor indaqs meta l-Player tal-Logħba Victor Blasco inidirizza cross fil-kaxxa li sab lil LUKE LUKOVIC li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Balzan komplew jesprimu logħob sabiħ u fl-34 minuta, xutt ta’ Dimeji Awosanya minn pożizzjoni angolata ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan.
Fil-41 minuta, Balzan resqu viċin li jaqilbu l-iskor favurihom meta Alexander Ayo Akpan għadda tajjeb lejn Jankovic li kellu xutt minn ġol-kaxxa jiġi salvat parzjalment minn Akpan biex mir-rebound Jan Busuttil minn taħt il-lasta tefa’ inkredibbilment barra.
Fil-45 minuta, Balzan tilfu opportunitá oħra ta skor meta minn kontrattakk veloċi, Blasco għadda tajjeb lejn Jan Busuttil li minn quddiem Akpan reġa’ tefa’ barra.
Fit-48 minuta, Balzan finalment qalbu l-iskor favurihom meta freekick ta’ Jan Busuttil kważi minn nofs il-ground ġie devjat għal ġewwa minn Clayton Failla, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.
Fid-59 minuta, xutt tminn barra l-kaxxa ta’ Blasco dejjem għal Bakan ġie salvat tajjeb minn Akpan.
Fis-76 minuta, Mosta ġabu liskor indas meta Clayton Failla xeħet cross pinġut li sab lil ZACHARY BRINCAT li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lill-goalkeeper ta’ Balzan, Dylan Ciappara.
Iżda d-drama kienet għadha ma ntemmitx hawn meta fil-85 minuta, Balzan skorjaw il-goal tar-rebħa meta Luke Lukovic inidirizza cross fil-kaxxa, bi plejer ta’ Balzan iwaqqa’ l-ballun lejn ALEXANDER AYO AKPAN, li mill-viċin spara ġewwa.
Referee: Alex Johnson
Player tal-Logħba: Victor Blasco (Balzan)