Illum qed niċċelebraw storja sabiħa ta’ libertà li twieldet mill-irmied tal-gwerra, qal il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani fid-diskors tiegħu waqt is-Summit f’Ruma.
Spjega kif rridu nkunu kburin bil-wirt ta’ missierijietna u kif ma missniex ninsew il-konsegwenzi ta’ mingħajr Ewropa. Hu qal li issa rridu Ewropa li taħdem aħjar fejn l-Unjoni tagħna għadha mhix kompluta. “Ma nistghux nibdew jekk ma nersqu viċin iċ-ċittadini tagħna. Irridu Ewropa mibnija fuq il-fatti,” qal Tajani.
Tajani qal kif dak li hemm illum mhux mibni fuq retorika iżda huwa impenn lejn iċ-ċittadini. Spjega kif irid li l-Ewropa tkun ambjent pożittiv għan-negozji u li tattira l-investiment.
Semma kif l-Istati li huma waħedhom iridu jikkordinaw u li kif huwa grazzi għal 500 miljun Ewropej li aħna nistgħu naħdmu flimkien biex nkunu “nistgħu neżerċitaw is-sovranità tagħna.”
“Illum rridu nwelldu ukoll proġett għal difiża komuni bi tribut lejn Missierijietna. Biex nipproteġu lilna nfusna rridu nafdaw lil xulxin u naħdmu flimkien. Ejja nibnu coast gaurd Ewropew iktar b’saħħtu biex iħares il-fruntieri tagħna.
Irridu strateġija komuni għall-Iżvilupp fl-Afrika. Irridu Unita Ewropa aktar minn qatt qabel. L-Ewropa ma għandiex tmut. Imma l-isfidi li qed naffaċċjaw ma nistgħu nirbħulhom jekk ma jkollnix valuri komuni,” temm jgħid Tajani.