Lady Gaga, Billie Eilish, Red Hot Chili Peppers, Green Day u Joni Mitchell huma fost l-artisti li se jieħdu sehem fil-kunċert FireAid li se jkun qed isir b’risq il-vittmi tan-nirien f’Los Angeles.
Oriġinarjament dan il-kunċert kellu jsir fl-Intuit Dome ta’ Inglewood Kalifornja iżda issa se jsir f’żewġ lokalitajiet, l-Intuit Dome u l-Kia Forum nhar it-30 ta’ Jannar.
Skont stqarrija, il-kontribuzzjonijiet li se jinġabru minn FireAid se jkunu mqassma mill-Annenberg Foundation.
Fil-lista tal-artisti hemm ukoll Stevie Nicks, Sting, Katy Perry, Lil Baby, Pink, Rod Stewart, Gwen Stefani, Jelly Roll, Gracie Abrams, Stephen Stills, Tate McRae u Earth, Wind & Fire. Aktar artisti mistennija jitħabbru ’l quddiem.
Minn mindu bdew in-nirien, ċelebritajiet u organizzazzjonijiet ta’ avvenimenti wiegħdu miljuni sabiex jiġu mgħejuna dawk li tilfu djarhom jew soffrew danni konsiderevoli inkluż kontribuzzjoni ta’ $2.5 miljun mingħand Bejoncé f’fond ġdid maħluq mill-fondazzjoni tal-karità tagħha BeyGOOD bl’isem ta’ LA Fire Relief Fund.
FireAid se jkun imxandar b’mod dirett fuq Apple Music, Apple TV, Max, iHeartRadio, KTLA+, Netflix/Tudum, Paramount+, Prime Video, l-Amazon Music Channel fuq Twitch, SiriusXM, Spotify, SoundCloud, Veeps u YouTube.