Ftit minuti wara li ġie sparat rokit ta’ SpaceX Starship minn Texas il-Ħamis tard filgħaxija, dan deher jisplodi fl-arja bil-konsegwenza li diversi titjiriet kellhom jiġu devjati fuq il-Golf tal-Messiku sabiex ikunu evitati l-biċċiet li waqgħu.
Dan l-inċident tefa’ lura l-pjanijiet ta’ Elon Musk fil-programm ta’ titjiriet tar-rokits.
Wara tmien minuti mit-tluq, Il-kamra tal-kontrol tilfet kuntatt mal-iStarship li għadha kemm ġiet rinovata u li kienet qed iġġorr l-ewwel tagħbija ta’ satelliti bi prova iżda mingħajr nies.
Filmati wrew blalen oranġjo fis-sema qrib il-belt kapitali ta’ Haiti Port-au-Prince b’ħafna duħħan fl-ajru.
L-aħħar darba li din il-kumpanija kellha falliment simili kien f’Marzu tas-sena l-oħra hekk kif l-iStarship kienet dieħla lura fl-atmosfera tad-dinja fuq l-Oċean Indjan iżda huwa verament rari li inċident simili jikkawża tfixkil fit-traffiku tal-ajru.
Skont siti li jsegwu t-traffiku tal-ajru għexieren ta’ titjiriet kummerċjali ġew devjati għal ajruporti oħra jew biddlu r-rotta sabiex jevitaw debris potenzjali. Titjiriet li kellhom jitilqu minn Miami u Fort Lauderdale fi Florida kienu ttardjati b’45 minuta.
Dan il-falliment wasal ġurnata biss wara li r-rokit ta’ Jeff Bezos New Glenn kien sparat għall-ewwel darba fl-orbitu b’suċċess.