Minħabba r-riħ li mistenni jaħkem il-gżejjer Maltin fis-sigħat li ġejjin, il-kumpanija Gozo High Speed u l-katamaran ta’ Sqallija ħassru l-vjaġġi tagħhom għal għada l-ġimgħa.
L-ajruport qed juri kif ir-riħ għada se jkun qawwi ħafna mix-Xlokk il-Lvant li jsir ftit qawwi għal qawwi, lokalment qawwi min-Nofsinhar il-Lbiċ. Dan filwaqt li t-temp se jkun imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita u silġ, bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita u silġ
Sadanittant, il-gżira ġara tagħna, Sqallija, ukoll qed tesperjenza maltemp kbir, fejn seba’ provinċji diġà ddikjaraw li mhux se jkunu qed jiftħu l-iskejjel fihom minħabba t-twissijiet.
Ir-reġjuni ta’ Katanja, Acireale, Giarre, Mascalucia, Adrano, Siracusa u Messina ħadu din id-deċiżjoni wara alert mill-Protezzjoni Ċivili lokali.