Raġel ta’ 34 sena mill-Mosta weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-aċċident seħħ illum għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, in-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti n-Naxxar u mutur misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.