F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela wera solidarjetà sħiħa mal-Maġistrat Nadine Sant Lia.
Dr Abela sostna li dawn l-attakki fuq il-ġudikatura mhux aċċettabbli f’soċjetà demokratika.
“Għajb lill-fergħa estremista tal-Partit Nazzjonalista, li b’deċiżjoni tal-Qorti nkixfet kemm tabbuża illegalment mill-proċess ġudizzjarju, u minflok ħarget tattakka lill-Qorti”, sostna Dr Abela.
Il-Prim Ministru qal li dawn mhuma xejn ħlief estremisti li jridu Qrati li jiddeċiedu dak li jridu huma inkella jattakkawhom. Intqal li mhux ġustizzja jridu imma persekuzzjoni.
Innota li għax il-qerq tagħhom inkixef, qegħdin jippruvaw ibeżżgħu lill-Pulizija ħalli ma tinvestigahomx kif semmiet il-Qorti.
“Dmiri hu li nieqaf bis-saħħa lil dawn l-ipokriti tas-sewwa”, temm jgħid il-Prim Ministru Robert Abela f’din il-kitba.
Aqra wkoll: