Għalliema ta’ Childcare Centre, tressqet il-Qorti akkużata li biex tiċċajta ċemplet lill-kollega tagħha b’theddida ta’ bomba.
It-tfajla ta’ 28 sena min-Naxxar, wieġebet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha. Bl-allegat każ seħħ fit-2 ta’ Diċembru li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif f’din il-ġurnata l-Pulizija rċeviet informazzjoni ta’ numru ta’ theddid ta’ bombi f’numru ta’ skejjel u li kienu ntbagħtu permezz ta’ ijmejl u fl-istess ħin kien hemm rapport ta’ theddida simili f’Childcare Centre f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija kienet evakwat l-iskola u ftit wara l-għalliema kienet avviċinat lill-Ispettur u qaltlu li kienet qed tagħmel ċajta fuq il-kollega tagħha.
Hija ġiet assistita mill-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit.