‘Ma nistax ma nemozzjonax ruħi illum li qiegħed magħkom hawnhekk, fl-istess sala li sittin sena ilu, twieldet din l-Unjoni. Illum, sittin sena wara, qegħdin iktar magħqudin’. Dawn kienu l-kliem li fetħu s-summit ta’ Ruma li jfakkar is-sittin anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma, kliem il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni.
Gentiloni fakkar li minn 1957 sal-2017, l-Ewropa kienet fuq vjaġġ ta’ tamiet, ta’ riżultati miksuba. Fakkar kif missirijiet l-Unjoni Ewropea tkellmu b’ilsna differenti, iżda kellhom ħolma ta’ għażla bejn it-tajjeb u l-ħażin, li jġibu lil niesna flimkien fi vjaġġ komuni.
Illum qed niċċelebraw l-inteliġenza ta’ Missierijitna, u il-prova tas-suċċess ta’ dik id-deċiżjoni li ttieħdu, illum li aħna 27. Huma li għexu żewġ gwerer, dittatorjati. “Aħna għexna fil-paċi għal sittin sena, grazzi għalihom. Ksibna suq waħdieni ġenwin u post għal drittijiet soċjali. Sadanittant id-dinja inbidlet mal-Ewropa. Din kibret fl-għaqda u fid-demokrazija,” qal dan Gentiloni.
Irrimarka ukoll kapitli importanti fl-Ewropa; il-globalizzazjzoni, it-tiġrif tal-ħajt ta’ Berlin, kriżi ekonomika, influss ta’ migrazzjoni. L-Istorja ma spiċċatx. F’ ħafna minn dawn il-kapitli, “Europe, turned up too late” sostna hekk Gentiloni.
“Dak hu il-messaġġ li jrid jinħareġ illum. Tgħallimna li l-Unjoni qed tagħżel li tibda mill-ġdid f’dawn l-għaxar snin. Għandna s-saħħa biex inkomplu, saħħa li ġejja mill-Istorja.
Rridu nkunu kuraġġużi biex nibdew paġna ġdida. Irridu nkunu kuraġġużi biex nikkoperaw u nimxu ‘l quddiem, u rridu npoġġu l-valuri komuni fil-qalba tagħna kollha. L-istess valuri li wrejna meta l-parlament Ingliż f’Westminster kien attakkat. L-istess valuri li se nuru meta jerġa jinfetaħ il-Bataclan,” qal Gentiloni
Hu temm billi qal li bl-iffirmar tal-lum kollha kellna nitilfu xi ħaġa f’isem l-ispirtu komuni biex nimxu ‘l quddiem b’koperazzjoni.